Reviews

Erbgħin Jum by Antoine Cassar

clairebonello's review

Go to review page

5.0

Biċċa xogħol inkredibbli. Bkejt ħafna waqt li kont qed naqrah dal-ktieb. Bkejt għall-affarijiet li qatt ma stajt nimmaġina li nesperjenza, u bkejt għall-affarijiet li ħsibthom ġejjin minn ħsibijieti jew mill-esperjenzi tiegħi stess. Domt ħafna biex qrajtu għax ħassejt il-bżonn li nerġa' naqra ħafna mill-poeżiji (esperjenza li ħarġet ħafna iktar affarijiet ma' kull darba). Rari nerġa' naqrah ktieb imma dan wieħed li żgur irrid nerġa' naqra fil-futur.

U waqt li kont qed naqrah iddikjarajt lill-boyfriend tiegħi: THIS IS THE HEIGHT OF LITERATURE. Kien ħaqqu fuq li ħaqqu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Poeżija.
More...